Skip to content

Dun Danjel Żammit

Dun Danjeli Żammit (1688-1731): Rettur tal-Knisja ta’ San Ġorġ 

  • Ġanni Żammit fuq xogħol ta’ manutenzjoni fil-knisja ta’ San Ġorġ
  • Angela Żammit ingħatat il-liberta’ minn Girgor Bonici
  • Dun Danjeli, iben Ġanni u Angela Żammit
  • Dun Danjeli bbenifikat minn Girgor Bonici

Fil-programm tal-Festa tas-sena l-oħra konna ktibna dwar il-Ħakem Girgor Bonici li bena l-knisja ta San Ġorġ f’Birżebbuġa.  Din is-sena se nħarsu lejn Dun Danjeli Żammit li kien inkarigat minn din il-knisja għal numru ta’ snin wara l-mewt ta’ Girgor Bonici, li ġrat fis-16 ta’ Mejju, 1697.  Wara, hu ġie midfun fi knisja oħra mibnija minnu, jiġifieri dik ta’ Sant’ Anġ. fiż-Żejtun (1).  Nitkellmu dwar dawn iż-żewġ personaġġi u r-relazzjoni ta’ bejniethom.  Fl-istess ħin naraw ir-rabta ta’ Dun Danjeli mal-knisja ta’ San Ġorġ.

 

Il-Familja Żammit fiż-Żejtun

Fis-16 ta’ Jannar, 1650, ċertu Klement Żammit mill-Gudja żżewweġ fiż-Żejtun lil Marietta Cachia (2).  Il-koppja Zammit baqgħu joqogħdu fiż-Żejtun bil-familja tagħhom.  Fost numru ta’ ulied huma kellhom tnejn li se jidħlu fl-istorja tagħna, jiġifieri Ġanni, li twieled fl-20 ta’ Mejju, 1653 (3) u Margerita, li twieldet fl-20 ta’ Lulju, 1667 (4).  Allura Margerita kienet 14-il sena iżgħar minn ħuha Ganni.  Meta kibru, it-tnejn li huma żżewġu u hawn tibda r-relazzjoni tagħhom ma’ Girgor Bonici.  Ġanni Żammit iżżewweġ lil Angela de Bonici fil-knisja ta’ Sant’Anġ fit-28 ta’ Settembru, 1678 (5), filwaqt li Margerita Żammit iżżewġet lil Mastru Xandru Pulis fil-knisja ta’ l-Ispirtu s-Santu fis-6 ta’ Ġunju, 1688 (6) jiġifieri 10 snin wara li kien iżżewweġ ħuha Ġanni.

 

Girgor Bonici midħla tal-Familja Żammit

Issa kif jidħol il-Ħakem Girgor Bonici fl-istorja tagħna?  Hu żgur li hu kien midħla sewwa ta’ dawn iż-żewġ familji, li probabilment kienu viċin tiegħu għaliex kienu mpjegati miegħu fuq xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-ħafna proprjetà li kellu, inkluża l-knisja ta’ San Gorġ.  Tant kienu midħla tiegħu, li hu ftakar sewwa fihom fit-testment li għamel nhar id-9 ta’ Mejju, 1697, meta ħass il-mewt riesqa sewwa lejh (7). Dan it-testment infetaħ tmint ijiem wara 1-mewt tiegħu. Lil Xandru Pulis, żewġ Margerita, riedu li jkun inkarigat mill-bini tal-knisja parrokkjali ġdida fiż-Żejtun, wara li kien ħalla ġidu kollu biex mir-renti tiegħu tinbena din il-knisja.  Lil Ġanni Żammit u martu Angela ħallielhom l-użu u l-użufrutt tad-dar tiegħu fejn kienu joqogħdu f’Hal Bisbut, jiġifieri dik il-parti taż-Żejtun li llum insibuha bħala r-Raħal ta’ Fuq, u tal-ħanut konness mad-dar, għal 20 sena mill-mewt tiegħu.  F’post ieħor tat-testment, Girgor isemmi żewġ ħwienet u jgħid ċar li ma jrid lil hadd jiffitta lil Mastru Ġanni Zammit biex iħallas il-kera tas-snin 1-imgħoddija fuq id-dar fejn jgħix, u ż-żewġ ħwienet li hu kien juża għax-xogħol tiegħu ta’ mastrudaxxa u barbier! (8)

 

Angela Zammit nee Bonici

Minn fejn ġiet din il-predilezzjoni ta’ Girgor Bonici għall-Familja Zammit? Angda, mart Ġanni Zanimit. hi 1-qofol taf kollox. Fiż-żgħożija tagħha, din Angela kienet ilsira ta’ Giigor Bonid. Kienet drawwa dak iż-żmien li 1-familji għonja, barra qaddejja, kien ikollhom ukoll xi lsiera magħhom. Kienet ukoll drawwa oħra komuni li lil dawn 1-ilsiera kienu jghammduhom u mbagħad jagħtuhom il-libertà. Meta jitgħammdu dawn 1-ilsiera kienu jiehdu 1-kunjom tal-padruni tagħhom, u aktarx li jżidu 1-prefiss “de” quddiem il-kunjom. Hekk għamlet Angela.  Fil-fatt Girgor taha 1-isem ta’ Angela fil-maghmudija minħabba d-devozzjoni kbira li kellu lejn Sant’ Anġ Martri, u ż-żwieġ tagħha ma’ Ġanni Zammit sar fil-knisja ta’ Sant1 Anġ Martri. U peress li Margerita,mart Xandru Pulis, kienet oħt Ġanni Zammit, allura wkoll Xandru Pulis ġie pprivileġġjat! Tant ħa mportanza dan Mastru Ġanni Zammit, li saħansitra 1-Isqof Davide Cocco Palmieri aktar tard ħatru bħala wiehed mill-erba’ prokuraturi nkarigati mill-bini tal-knisja parrokkjali taż-Żejtun (9)

 

It-Twelid ta’ Danjeli Zammit

Nhar 1-24 ta’ Ottubru, 1688, Ġanni u Angela Zammit tweldilhom tifel li semmewh Angelo Danjeli. Għalkemm meta kiber dan it-tifel kien magħruf bħala Danjeli. Iż-żewġ ismijiet li 1-ġenituri taw lit-tarbija mill-ewwel ifakkruk f Girgor Bonici. L-isem “Angelo” ifakkrek fil-knisja ta’ Sant’ Anġ mibnija minnu, u “Danjeli” ifakkrek f ħuh Danjeli li miet fiż-żgħożija tiegħu. Barra minn hekk, il-palazz li fih kien jgħix Girgor Bonici kien jissejjaħ. Kif għadu sal-lum, “Aedes Danielis”. Fl-1697, meta Girgor għamel it-testment tiegħu, dan Danjeli kellu biss 9 snin, u mid-dehra kien diġà wera x-xewqa li xi darba jsir qassis. Tant hu hekk, li fit-testment tiegħu. Girgor Bonici ħallielu 10 uqijiet bħala patrimonju, biex hu jeħodhom meta jikber u jsir qassis. Skond il-Konċilju ta Trento. Biex wieħed isir qassis, 1-ewwel ried ikollu mezzi biex jgħix, taħt forma ta’ benefizzju jew patrimonju. II-patrimonju (mill-kelma “pater”, missier) kien jingħatalu minn xi ħadd jiġi minnu, jew li jafu, bosta drabi missieru stess.

 

Danjeli Zammit isir saċerdot

Fil-fatt meta kiber dan Danjeli Zammit sar qassis, tant illi fl-iStatus Animarum taż-Żejtun tas-sena 1702 narawh diġà mniżżel fil-lista tal-qassisin. Kien ghadu kif għalaq 25 sena.  Kien żmien meta 1-knisja ta’ San Ġorġ f Birżebbuġa kienet ilha mibnija, filwaqt li 1-knisja parrokkjali preżenti taż-Żejtun kienet għadha qiegħda tinbena u kellhom jgħaddu ftit tas-snin oħra qabel tibda tintuża 1-kursija bħala knisja. Allura Dun Danjeli mhux biss kien ġie mgħammed fil-knisja parrokkjali qadima taż-Żejtun, li llum insibuha bħala ta’ San Girgor, iżda wkoll kien fiha li hu beda jeżerċita 1-missjoni saċerdotali tieghu. Fl-iStatus Animarum tal-1724, Dun Danjeli Zammit jidher ma’ 11-il qassis ieħor fiż-Żejtun.  Kien żmien il-kappillan Bormliż Dun Anton Gafav, meta 1-knisja parrokkjali ta’ llum kienet għoddha lesta u diġa’ qieghda tintuża. Lil Dun Danjeli niltaqgħu miegħu wkoll bħala membru tas-Sodalitav tal-Kleru u jidher ukoll fost il-qassisin li jgħammdu. Hu miet fl-età ta’ 43 sena nhar is-26 ta’ Lulju 1731 (10).  Il-legat “Sac. Daniele Zammit” fuq għalqa msejħa “Burta1 San Nidau” jiddisponi li jsiru sitt quddisiet fis-sena, tnejn għal ruħ Dun Danjeli Zammit fix-xahar ta’ Lulju, tnejn għal ruħ missieru Ganni u tnejn ghal ruħ ommu Angela. (11)

 

Il-hidma pastorali ta’ Dun Danjeli f’San Ġorġ

Niġu issa għar-rabta ta’ dan Dun Danjeli Zammit mal-knisja rurali ta’ San Gorġ f’Birżebbuġa. Diġà ghidna li Girgor Bonici kien ħalla fit-testment li r-renti ta’ ġidu jmorru għall-knisja parrokkjali taż-Żejtun għal 30 sena sħaħ wara mewtu. Iżda hu obbliga lill-prokuraturi nkarigati mill-bini ta’ din il-knisja b’ċerti piżijiet. Hekk is-saċerdot responsabbli mill-knisja ta’ San Ġorġ, li ma ninsewx kien bnieha Girgor Bonici stess, kellu jitħallas minn dawn il-prokuraturi 12-il skud u 6 tari kull sena għax-xogħol tieghu pastorali marbut ma’ din il-knisja. II-prokuraturi ma naqsux li jonoraw dawn 1-obbligi li ħallielhom Girgor Bonici.  Hekk fl-ewwel reġistru “in cui si trovano notati i primi pagamenti fatti nellafabrica della Par.le Chiesa della Terra Zeitun, e le rendite di beni lasciati infavore della medesima dalV Ill.mo Girgor Bonici dalV anno 1712 sin Vanno 1723” (12), naqraw li 1-prokuraturi Dun Pietru Pawl u Antonio Busuttil bħala “esito della vicenda che si eK fatta nella chiesa di San Giorgio in adimplimento degli obligi che ha lasciato il Sig. Gregorio Bonici”, kif jidher fit-testment tiegħu għand in-Nutar Gio. Domenico Gatt nhar id-9 ta’ Mejju, 1697, ħallsu nhar is-26 ta’ Diċembru, 1717, lis-Saċerdot Daniele Zammit “scudi dodici tari sei quali sono per elemosina della sopra detta vicenda di un anno maturato nel Natale primopassato”. U 1-istess prokuraturi jibqgħu jħallsu kull sena 1-istess somma ta’ flus lil Dun Danjeli Zammit.  Fis-sena 1723 laħaq prokuratur tal-knisja parrokkjali taż-Żejtun Dun Lawrenz Mallia, saċerdot mill-Birgu li aktar tard sar kappillan taż-Żejtun. Dan Dun Lawrenz baqa’ jhallas lil Dun Danjeli kull sena 1-istess bħalma kienu jaghmlu 1-prokuraturi ta’ qablu. Hekk per eżempju, fit-30 ta’ Jannar, 1730, hu ħallas “scudi dodici tari sei al Signor Don Daniele Zammitper lavicenda di San Giorgio” (13).  Fi Frar, 1731, Dun Danjeli, tħallas 8 skudi u 4 tari “elemosina di trenta cinque messe celebrate nella chiesa di S. Giorgio” (14).

Ftit xhur wara, jiġifieri f Lulju ta’ 1-istess sena, Dun Danjeli Zammit għadda għal dinja aħjar. Miet qasir il-għomor. Kultant inġibu quddiem għajnejja, 1-ewwel bħala tifel jgħin lil missieru Ganni fix-xoghol ta’ manutensjoni, u mbagħad bħala saċerdot f xogħol pastorali, iterraq bil-mixi jew b’xi ħmara, fit-trab tas-sajf jew fit-tajn tax-xitwa, mir-Raħal ta’ Fuq fiż-Żejtun għall-knisja ta’ San Ġorġ f Birżebbuġa, tul is-sqaq dejjaq li minn Bir id-deheb kien jieħu għall-baħar. Ħsiebu kien li jqaddes għall-ftit sajjieda u bdiewa, u forsi kultant iqararhom, li kienu jiffrekwentaw il-knisja ċkejkna ta’ San Ġorġ. Imkien ma sibt li għamel hwejjeġ straordinarji, iżda s-sejħa tiegħu bħala saċerdot inkarigat mill-komunita` ċkejkna u bikrija ta’ Birżebbuġa, qdieha mill-aħjar li seta’.

 

Noti u Referenzi 

(1)                       Arkivju Parrokkjali lejtun, Lib. Def. III, f.23r.

(2)                       APZLib.Matr.II,f.66v.

(3)                       APZLib.Bapt.II,f.l38v.

(4)                       Idem,f.l81v.

(5)                       APZLib.Matr.II,f.l2r.

(6)                       Ibidem Lib. Matr. III, f.l4v.

(7)                       Arkivju tan-Nutara, Valletta R 281 / 35, ff .691 – 707.

(8)                       Testment,f.705.

(9)                       Arkivju Kurja Floriana, Visit. Cocco Palmieri, 1709.

(10)                    APZLib.Def.III,f.77.

MS 52, f.33: “Nota di sacerdoti defuncti ascriti nella Societav dell’ Agonia dell’ Zeitun”.  Fost dawn is-saċerdoti jidher isem Don Daniele Zammit, 26 luglio 1731.

(11)                    APZ MS 81; MS 324, MS 55, f.345.

(12)                    APZMS264J.104.

(13)                    APZMS268,f.l5r.

(14)                    Idem f.l5v.

 

Acknowledgement:

Dan l-artiklu nkiteb mill-Kan. Dun Joe Abela H.E.L.; Lic.D., BA. (Hons) fuq ‘Leħen il-Banda’ tal-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957, fil-ħarġa għas-sena 2001.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Mater Dolorosa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni.wordpress.com/

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

%d bloggers like this: