Skip to content

IL-KAPPELLA

IL-KAPPELLA TA’ SAN ĠORĠ MARTRI – Kitba ta’ Michael Balzia

Fl-istorja tal-Kristjaneżmu, is-sena 2003 tfakkarna fil-persekuzzjoni “il-kbira” ta’ l-Imperatur ta’ Ruma, Djokezjanu, li kienet seħħet sbatax-il seklu ilu, fis-sena 303 A.D., fid-dinja Nisranija ta’ dawk iż-żminijiet. Għalhekk, matul is-sena 2003, ħafna mill-qaddisin martri tal-Knisja li mietu matul dik il-persekuzzjoni jagħlqu sbatax-il mitt sena mill-mewt tagħhom. Fost dawn il-mijiet ta’ mijiet ta’ Nsara, jispikka ħafna San Ġorġ, il-martri ta’ Lydda, li ngħata l-martirju fit-23 ta’ April 303. (1)

L-eqdem kappella li tinsab fl-inħawi ta’ Birżebbuġa hija dik ta’ San Ġorġ Martri. Din tinsab wara ridott f forma ta’ nofs qamar li kien inbena mill-Ordni fl-1714 (2) u li kien ħa post ċimiterju magħluq b’ħajt li wieħed kien jinżel għalih b;erba; tarġiet. (3) Fl-antik, din il-kappella kienet tagħmel mar-raħal taż-Żejtun, madwar erba’ mili ‘1 bogħod minnu (4) f’xatt il-baħar f post magħruf bħala l-Għadira (5).  Giacomo Bosio jgħid li l-post kien qrib ħafna ta’ fejn kien hemm imwaqqaf tempju ddedikat lil alla Melqart (Erkole), illum San Ġorġ (Birżebbuġa) (6).  Hija tħares lejn il-Lvant (7).  Ftit ‘il bogħod minn din il-kappella kien hemm l-imkejjen żgħar ta’ Bur Rummiena u ta’ San Ġorġ (8).

Ħadd ma jaf meta nbniet, iżda jidher ċar li din kienet teżisti fi żmien l-Assedju ta; l-1565. Xhud ta’ dan huwa wieħed mill-affreski ta’ Matteo Perez d’Aleccio li jinsab fil-Palazz tal-President, Valletta (9).

L-ewwel Vista Pastorali dokumentata li saret f din il-kappella kienet dik tal-Viżitatur Appostoliku Pietro Dusina fl-1575. Waqt li semma’ li kellha altar wieħed tal-ġebel kif ukoll bieb ta’ l-injam; huwa kiteb ukoll li din kienet nieqsa kemm minn rettur kif ukoll dħul. Il-festa kienet tiġi ċċelebrata nhar it-23 t’April b’Għasar u Quddiesa mill-Kappillan taż-Żejtun (10). Naturalment, matul is-snin l-użanzi jitbiddlu. Hekk, per eżempju, l-Isqof Gargallo irrapporta li l-flus kienu jinġabru minn qalb in-nies taż-Żejtun matul is-sena.  Għad-devoti ta’ San Ġorġ u għall-għassiesa li kienu b’xogħol f’dawn l-inħawi kienet titqaddes quddiesa kuljum. Fil-festi kmandati, imbagħad, kien jinxtegħel il-lampier (11).

L-Isqof Balthassar Cagliares żar din il-kappella fl-1621 u ordna li din kellha tiġi rranġata (12). Kienet irranġata fl-1625 minn Palmerus Montana J.U.D. wara li l-Isqof kien ordna li din setgħet tiġi wżata wara tiswija meħtieġa. Dan l-aweniment kien imfakkar f’lapida li sal-lum għadha tidher fuq il-bieb prinċipali. Żewġ armi li kienu jirrappreżentaw dawk ġentilizji tal-Gran Mastru De Paule u Hsqof Cagliares kienu fuq kull naħa tal-lapida flimkien ma’ oħra tal-kunjum Montana (13).

Lucas Calleja minn Ħal Għaxaq kien prokuratur tal-kappella bejn is-snin 1634-1644 (14).  In-nutar Iovanni Maria Portelli minn Ħal Bisbut kien il-prokuratur meta l-Isqof Balaguer de Camarasa żar din il-kappella fit-12 t’April, 1654 (15).

Il-kappella ta’ San Ġorġ waqgħet fi stat ta’ abbandun tant li nhar it-22 t’April 1659 hija ġiet dikjarata profonata mill-Isqof Miguel Juan Balaguer de Camarasa. Huwa ordna li jinbarraw il-bieb bil-ġebel u li l-kwadru titulari kellu jittieħed fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun (16).

Wara li għamlet madwar 23 sena profanata, hija ġiet irranġata kważi mill-ġdid mill-Patrizju Ruman u fundatur tal-Kappella Abbazzjali ta’ Sant;Anġlu fiż-Żejtun, in-Nobbli Gregorio Bonici dei Marchesi Bordino (is-Sinjur l-Ixgħeb) (17) skond l-Atti tan-Nutar Pietro Attard ta’ l-20 ta’ April 1683 (18) u kkonfermat mill-Kurja flt-12 ta; Jannar, 1684.  In-Nobbli Bonici ħalla fondazzjoni sabiex tkun ipprovduta bl-għamara meħtieġa għall-quddies, jinxtegħel il-lampier ta’ l-istann li kien hemm quddiem l-altar kull nhar ta’ Sibt fil-għaxija, jitqaddsu tliet quddisiet letti f jum il-festa tal-qaddis (23 t’April) u quddiesa oħra letta kull nhar ta; Ħadd. Huwa ħalla f idejn ir-rettur tal-Kappella Sant’Anġlu Martri fiż-Żejtun l-għażla tal-kappillan tagħha. Sabiex tagħmel tajjeb għal din il-fondazzjoni, huwa ħalla ħames uqijiet fis-sena mill-beni tiegħu. Din hija wkoll imfakkra f’irħama li tinsab fil-Kappella.

It-tberik tagħha sar fit-22 t’April 1683 mill-Kappillan taż-Żejtun Dun Ugolino Bonnici (19). In-nobbli Gregorio għamel lil din il-kappella ġust patronat tal-familja. Maż-żmien saret propjetà tal-familja Testaferrata.  Xi żmien wara, xi sajjieda ta’ dawk in-naħat bdew jiġbru flus biex ikollhom quddiesa anke fil-Festi Kmandati (20). Xi devoti tal-qaddis kienu jiġbru fondi biex fit-23 t’April issir Quddiesa Kantata u l-Ewwel Għasar (21).  L-ewwel prokuratur ta’ din il-kappella li tniżżel fil-Visti Pastorali wara li din kienet irranġata, kien Joseph Zammit minn Ħal Għaxaq (22). Fi żmien l-Isqof Alpheran de Bussan, għall-ħabta tas-sena 1732, ir-rettur kien Dun Joannes Saliba (23).  Il-kappella San Ġorġ Martri tidher f’rendikont ta; kappelli u knejjes mhux parrokkjali miktub minn Dr. Gius Borg Olivier tal-21 ta’ Lulju, 1798, jiġifieri ta’ żmien il-Franċiżi (24).  L-Isqof Publius Maria Sant żar din il-kappella nhar l-14 ta; Settembru, 1849. Jilqgħuh kien hemm Don Joannes Tabone, delegat tal-Markiż LorenzoTestaferata (25). Il-Markiż Filippo, ħu l-imsemmi Lorenzo, deher bħala l-persuna responsabbli tal-Kappella fit-tliet Viżti Pastorali ta; l-Isqof Gaetano Pace Forno bejn is-snin 1859-1866 (26).

Fil-bidu tas-seklu 20, il-kappella reġgħet sofriet abbandun. Fis-26 t’Awissu, 1907, l-Isqof Spiridione Polomeni, Isqof Titulari ta’ Ruspa, fetaħ u bierek il-kappella mill-ġdid.  Dan kien milqugħ minn Don Francesco Marmara (27).  Il-Markiż Lorenzo Antonio Testaferata, fit-Testment li sar għand in-Nutar Giovanni Maria Azzopardi, nhar is-17 t’Awissu, 1937, ħalla fondazzjoni ta’ quddies biex isir kemm fil-Ħdud kif ukoll oħra kull sena fl-anniversarju tal-mewt tiegħu (28).  Qabel l-aħħar Gwerra (1940-43), il-Kappella kienet f idejn Alfredo Cachia Zammit, filwaqt li bħala rettur kien hemm il-Kanonku Dr. Edgardo Galea Naudi (29).

L-istil tal-kappella huwa sempliċi.  Waqt li tagħti daharha lit-triq, (it-triqta’ taħt ir-ridott saret ħafna wara) hija tħares lejn il-baħar fejn il-baħħara ta’ l-Ordni kienu jidħlu sabiex jisimgħu l-Quddies qabel ma kienu jsalpaw għas-sibi fil-Lvant jew lejn il-Barbarija (30).  Il-kappella hija f forma rettangolari bis-saqaf jistrieħ fuq ħames ħnejjiet (31).  Il-pittura, li tinsab fuq l-altar fi gwarniċa tal-ġebel magħmula fuq it-tila, turi lil San Ġorġ riekeb fuq żiemel abjad, kopja tajba ta; dik ta’ Mattia Preti li tinsab fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann (32). F’manuskritt li jinstab fil-Bibljoteka Nazzjonali (Libr. 422), hemm imniżżel li din saret minn Bartolomeo Garagona bi flus Luciano Tolossenti (33). Dan jista; jirreferi għal xi pittura li saret qabel dik li wieħed jara llum.

Fuq il-bieb li jagħti għall-bitħa, hemm irħama b;kitba fuqha li tgħid ‘Non Gode lmmunità Ecclesias’. Fis-17 ta’ Ġunju, 1762, l-Isqof Bartolomeo Rull ħareġ digriet li bih amar li dawk il-knejjes tal-kampanja jew li ma kinux sagramentali jitneħħielhom id-dritt ta; l-Immunità, jiġifieri dawk li jkunu wettqu xi reat ma setgħux imorru jistkennu aktar f dawn il-kappelli mingħajr ma l-awtoritajiet ikollhom dritt jidħlu għalihom (34).  Ma’ l-istess ħajt, wieħed għadu jista’ jara żewġ xquq maqtugħin fil-ħajt fejn kien igħaddi l-ħabel sabiex jista’ jittella’ u jitniżżel il-pont ta’ l-injam.

Il-purċissjoni li kien jagħmel il-Kleru flimkien mal-fratelli u l-poplu taż-Żurrieq għal din il-kappella hija qadima ħafna. Din kienet issir b’wegħda u għall-bidu kienet issir fl-1 ta’ Mejju, filgħodu (35).  Wara bdiet issir f Lapsi (36).

Ta’ interess huma l-graffiti (speċi ta’ tinqix) li wieħed isib fuq il-ħajt ta’ wara tagħha.  Dawn is-sinjali saru bejn is-sittax u d-dsatax-il seklu. Fost it-taħżiż insibu skuni tas-17-il seklu, kif ukoll diversi slaleb (37).

Quddiem l-Uffiċċju Parrokkjali, fil-faċċata tad-dar “Casa S. Giorgio”‘, wieħed jista’ jara frontispizju maħdum fil-ġebla Maltija minn Marco Montebello (38) fl-1939 għal Ġużeppi Borda.

 

Referenzi: 

(1)  Leħen is-Sewwa, is-Sibt, 12 ta’ April, 2003, paġna 15. Fit-23 ta’ April, 2003, il-Posta ta’ Malta ħarġet sett ta’ ħames bolol ta’ diversi denominazzjonijiet.  Fil-Malta Stamp Official Bulletin ofthe Philatelic Bureau, hemm imniżżla l-ħajja tal-qaddis fil-qosor kif ukoll il-kult tiegħu ġewwa Malta.

(2)  Birżebbuġa – Programm 1997, p. 21 (Batteriji u Ridotti – 2).

(3)  Arkivju Arċiveskovili, Malta – Visitatio Balaguerde Camarasa, 1644, fol. 180v. (Vol. XV).

(4)  Bibljoteka Nazzjonali, Malta, Libr. 422, f.f. 88-89

(5)  B.N.M., Libr. 139; f. 100.A.A.M. – Visitatio Dusina 1575, f. 162v. (Vol. V – C). Anthony Luttrell fil-ktieb tiegħu “Ha\ Millieri: A Maltese Casle, Its Churches andPainting” jikteb li din il-kopja hija l-eqreb waħda ta’ dik oriġinali li tinsab (\-Archivio Vaticano, S. Congregatione Concilii, Visite Apostolkhe, 39: Malta 1575.  San Ġorġ (tal-) Għadir. Hawn kien hawn għajn li fiha kienu jxarrbu pjanta li minnha jsir d-drapp. Sancti georgii gadir, contrata tissemma fil-kuntratt notarili tan-Nutar P.de Alaymo tal-25 t’April, 1520 jiġifieri qabel il-miġja tal-Kavallieri f Malta. (NAV, MS. 779, f. 47) – Wettinger Godfrey: Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800, p. 493.

(6)  Bosio Giacomo – Dell’Istoria della Sacra Religione et lllustrissima Milita di San Giovanni Gerosolmitano – Vol. III, Liber Quintus, p. 91.

(7)  A.A.M. – Visitatio Pontremoli 1634, f. 102v. (Vol. XII).

(8)  Arkivju tal-Ordni ta’ Malta – Tres. B; Vol. 311/2; f.f. 16-17.

(9)  Matteo Perez d’Aleccio – / Veri Ritratti 1582:- fatti già in diversi quadri – e ridotti con accura?”” diligenza dal medesimo in questa forma. Foglio Secondo. L-Affreski saru bejn is-snin 1576-1581 (Roger de Giorgio – A City by an Order, p. 145 (foot notes).

(10)  A.A.M. Visitatio Apostolica Dusina 1575, f. 162v. (Vol. Vc).

(11)  A.A.M. Visitatio Gargallo 1588-1602, f. 145v. (Vol. VII). F’dawn in-naħat kienet tinsab il-Posta ta’ l-Għassa tad-Dejma. Ara Dr Godfrey Wettinger – The Militia Roster ofWatch Duties ofl417 – (The Armed Forces ofMalta fournal, October 1979), No. 32, p. 28.

(12)  A.A.M. Visitatio Cagliares 1621,i. 109v. (Vol. XI)

(13)  A.A.M. Visitatio Alpheran deBussan 1736-1740, f.f. 170-171 (Vo. XXXIIII).

(14)  A.A.M. Visitatio Pontremoli 1634, f. 102 (Vol. XII).

(15)  A.A.M. Visitatio Balaguer de Camarasa 1653-1654, f. 258v. (Vol. XVI).

(16)  A.A.M. Visitatio Balapier de Camarasa 1659, f. 207r. (Vol XVII).

(17)  Leħen il-Kommunità Żejtun, Nru. 4, Ħarġa tal-Festa 1987, p. 7 – Charles J. Debono: 290 sena ilu miet – In-Nobbli Girgor Bonici.

(18)  Arkivju Nutarili Valletta Not. Pietro Attard – 20 t’April 1683, f. 294. Fit-Testment tiegħu, Girgor Bonici waqqaf Primo Geniħmi favur in-Nobbli Mario Testaferrata (it-tifel t’oħtu Theodora u n-Nobbli Giacomo Testaferrata de Robertis (M.N.L.. Libr. 495) u d-dixxendenti tiegħu. Dawn kellhom il-fakultà li jinnominaw u jippreżentaw ir-rettur tal-Kappella-Abbazija ta’ Sant’Anġlu fiż-Żejtun (B.N.M. Libr. A.D. Vol. 48, f. 601).

(19)  B.N.M. Libr. 422, f.f. 88-89.

(20)  A.A.M. Visitatio Cocco Palmieri 1699, f.f. 175v.-176r. (Vol. XXVI).

(21)  A.A.M. Visitatio Alpheran de Bussan, I7S8-I760, f. 464v. (Vol. XXXVII).

(22)  Ibid.  A.A.M. Visitatio Alpheran de Bussan, 1751, f. 397v. (Vol. XXXV).

(23)  A.A.M. Visitatio Alpheran de Bussan, 1736-1740, f. 766 (Vol. XXXIII). Fi żmien l-Isqof Cannaves, Don Daniele Zammit miż-Żejtun kien ir-rettur filwaqt li Iacobus Baldacchino kien is-sagristan. (Visitatio Cannaves Parte III, 1286r-1287r (1717).

(24)  B.N.M. Libr. 1369, f. 7r.

(25)  A.A.M. Visitatio Sant 1849, f. 337v. (Vol. LI).

(26)  A.A.M. Visitation Pace Forno 1859 f. 284v. (Vol. LII). –  A.A.M. Visitation Pace Forno 1860-1862  – A.A.M. Visitatio Pace Fomo 1863-1866, f. 197r (Vol. LIV).

(27)  Il Malta: 4/09/1907. Mhux paġnata. Din il-kappella tbierket 4 darbiet. Preżenti għaċ-ċerimonja u l-Quddiesa ta’ l-Isqof kien hemm Don C. Frendo, kanonku ta’ San Pawl Nawfragu, Valletta, is-sinjuri G. Schembri u G. Slythe u l-Onor. Salv. Cachia Zammit flimkien ma’ ħuh; l-Avukat Giuseppe.

(28)  A.A.M. Suppliche 1940, Vol. I – 69.

(29)  A.A.M. Suppliche 1939, Vol. II -170. Kemm il-“Via Sagra”, kif ukoll il-ġirandla saru bi flus imħollija mill-Kanonku Galea Naudi.

(30)  Gio. Francesco Abela; Della Descrizione di Malta, 1647, p. 21.

(31)  Il Malta: 10/09/1907, mhux paġnata. Il-kappellla hija twila 9.28 u wiesa’ 6.43, b’altar ta’ l-injam.

(32)  Leħen is-Sewwa Nru. 5948 tas-Sibt 5 ta’ Novembru, 1977. L-artiklu – Kappelli u Knejjes Żgħar (109) nkiteb minn Mke Spiteri (Kilin).

(33)  B.N.M. Libr. 422, f.f. 88-89.  Ara ukoll – A.A.M. Visitatio Cocco Palmieri 1685-1687, f. 321 (Vol XXIII) fejn l-Isqof jikteb “‘in medio icona est valda antiqua”. L-Isqof Cannaves – A.A.M.  Visitatio Cannaves, Parte III, 1286r. – 1287r. (1717) min-naħa tiegħu jikteb “In prospectu adest icona referns imagine dti Sancti equitantis picta de anno” 1713.

(34)  A.A.M. Edicat Rull 1758-1770, Vol. 10, f. 221r. u f. 186v. Ara ukoll Ciappara FransĠ “Melita Historica” Vol. IX No. 2 (1985) p.p. 117-132.

(35)  A.A.M. Visitatio Alpheran de Bussan 1728-1729, f.f. 57l-572r. (Vol. XXXIII).

(36)  A.A.M. Visitatio Pellerano 177l-1774, f.f. 465v.-466r. (Vol. XXXVIII).  Ara wkoll – Ferris Achille: Descrizione Storica della Chiese di Malta e Gozo, p. 386.  Din il-purċissjoni setgħet bdiet xi żmien qabel għaliex l-Isqof Davide Cocco Palmieri fil-Viżta tiegħu fl-1699 (Visitatio Cocco Palmieri, f.f. 175v.-176r.
Vol XXVII) jirrimarka li fit-23 ta’April, fil-festa tal-Qaddis kienet tinżel il-Purċissjoni taż-ŻrieraqĠTesfwm celebratur die 23 Aprilis cwn Primus Vesperis et Missa Cantatis ex devotione Rev. Parochi etPopulo Casalis Zeitun. Solet dicto die (dawn iddaħħlu wara) in hanc ecclesiam processionaliter accedere nonullorwn de Pago ut tradito ex voto”. Jidher ukoll li fl-antik (qabel ma l-Kappella kienet ġiet ipprofonata), kienet issir purċissjoni għal din il-Kappella li kienet tiġi mill-Parroċċa taż-Żejtun. Din kienet issir f’jum il-festa (23 ta’April): “In festa di Sancti quo etia die accendu dicta ecclesiamprocessioperparlis Cas. Zeitim”.  (Visitation Balaguer de Camarasa 1653-1654, f. 258v. (Vol. XVI).

(37)  Margret A. Murray: Excavations in Malta, Part III, p.p. 20-21 et Plate XXXI.  PINĠ Kullana Kulturali, Vol. 36 – Il-Graffiti Marittimi Maltin, Joseph Muscat, p.p. 177-178.

(38)  Heritage: Vol. 2, p. 648 – Contemporary Artists – Marco Montebello: “St George, who with great vigor and strength checks his horse as he plunges his lance into the dragon, is totally different from the statue of St George executed several years later for the facade of a private residence in Birżebbuġa”

 

Acknowledgements:

Dan l-artiklu nkiteb minn Michael Balzia u deher fil-ħarġa speċjalili toħroġ il-knisja parrokkjali ta’ Birżebbuġa għall-festa ta’ San Pietru bl-isem ‘Birżebbuġa: Leħen il-Parroċċa ta’ San Pietru Fil-Ktajjen’, fil-ħarġa għas-sena 2003.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Mater Dolorosa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni.wordpress.com/

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

%d bloggers like this: