Skip to content

Sejba ta’ Ras tal-ġebel fix-Xatt ta’ San Ġorġ

Kien madwar 38 sena ilu, proprju fl-1966 meta fix-Xatt ta’ San Gorġ f Birżebbuġa kienet saret sejba ta’ mportanza kbira.  Tista’ tgħid li sal-lum il-ġurnata dwar din is-sejba ma kien jaf ħadd, għajr ċertu Tony Minuti u l-familja tiegħu.  Grazzi għal dan Tony, li dak iż-żmien kien daqsxejn ta’ tifel, illum ser nikteb dwar is-sejba u l-importanza tagħha.

 

Kif saret eżatt din is-sejba

Kien ix-xahar ta’ Awissu tas-sena 1966 meta ċertu Tony Minuti minn Birżebbuġa li dak, iż-żmien kien tfajjel ta’ madwar 7 snin, kien qiegħed idur ma’ Xatt il-Baħar. Għal Tony din kienet xi ħaġa komuni li f sajf kif jaf jagħmel PMalta taħt il-qilla tax-xemx imur idur mal-baħar, issa biex jistad jew biex jaqbeż xi qabża 1-baħar. Kienu madwar 1-11.30 ta’ filgħodu meta Tony kien miexi fuq iċ-ċint li dak iż-żmien kien jifred it-triq mill-baħar, eżatt quddiem il-ħanut tax-xorb “Mermaid Cave Bar” (Ta’ Walter) ġewwa San Gorġ. Illum il-ġurnata dawn 1-inħawi nbidlu xi ftit, meta saret bankina wiesgħa u moll mal-baħar.  Waqt li kien miexi jħares lejn il-baħar huwa lemaħ xi ħaġa stramba fil-baħar. Għall-bidu ma setax jagħraf x’kienet dik il-ħaġa, biss meta ħares sewwa lejha mill-ewwel ħaseb li setgħet kienet xi ħaġa forma ta’ ras. Dan 1-oġġett kien qiegħed madwar 5 metri 1-barra mill-ħajt, ġo fond ta’ xi żewġ metri. Il-kurżità għelbitu u fil-pront qabeż il-baħar. Ma’ Tony dakinhar kien hemm ukoll ħuh Renald li flimkien niżlu f qiegħ il-baħar minn fejn tellgħu din ir-ras. Tony jirrakonta li hekk kif tellgħu ir-ras fuq 1-art, raġel li nzerta fil-qrib mar fuqhom u meta ra r-ras staqsa lil dawn iż-żewġ subien jekk ridux ibiegħu dak 1-oġġett u hu kien lest itihom nofs lira. It-tfal qalulu “le” għax xtaqu jżommuha huma. Malli waslu d-dar Tony mill-ewwel qabad inaddaf din ir-ras mill-ħmieġ li kellha, li kien inġema’ tul is-snin. Missier Tony meta raha qalilhom biex jieħdu ħsiebha “Għax kienet xi ħaġa antika u ta’ valur”. Fil-fatt huwa kien hadmilha kaxxa tal-ħġieġ biex jerfugħa fiha.  Imma d-destin ta’ din ir-ras kellu jkun morr ieħor.

Kienet għaddiet kważi sena minn din il-ġrajja meta hu Tony, Renald waqt li kien fil-klassi ta’ 1-iskola, kienu qegħdin jitkellmu dwar 1-Istorja ta’ Malta u 1-importanza ta’ dak li ħallew ta’ qabilna.  Fil-pront dan Renald qal lill-għalliem li 1-għada kien ser iġibilhom ras tal-ġebel li flimkien ma’ ħuh kien sab fil-baħar is-sena ta’ qabel. Hekk ġara u 1-għada huwa mar 1-iskola bir-ras tal-ġebel. L-għalliem malli raha mill-ewwel ħa nteress fiha, tant li qal lit-tifel biex iżommha ftit għandu ħalli jkun jista’ juriha lil xi ħadd li jifhem. Meta din ir-ras ġiet murija lil tal-Mużew ta’ 1-Arkeoloġija, dawn mill-ewwel raw il-valur li kellha din ir-ras. Bi ftehim mal-familja Minuti dawn kienu ingħataw Lm20 bħala kumpens bil-patt li r-ras tinżamm fil-Mużew. M’għandniex xi ngħidu, hekk kif ittieħdet fil-mużew, dawn mill-ewwel bdew bl-istudji tagħhom fuqha. Meta kienu saru 1-istudji neċessarji, ċertu F.S. Mallia mill-Mużew tal-Arkeoloġija kien għadda kopja ta’ dak li ġie studjat fuq ir-ras lill-familja Minuti, li^ma studju ser inġibu għall-attenzjoni tal-qarrej, dejjem skond kif kitbu F.S. Mallia. 

 

Kif saret eżatt din is-sejba

Kien ix-xahar ta’ Awissu tas-sena 1966 meta ċertu Tony Minuti minn Birżebbuġa li dak, iż-żmien kien tfajjel ta’ madwar 7 snin, kien qiegħed idur ma’ Xatt il-Baħar. Għal Tony din kienet xi ħaġa komuni li f’sajf kif jaf jagħmel PMalta taħt il-qilla tax-xemx imur idur mal-baħar, issa biex jistad jew biex jaqbeż xi qabża 1-baħar. Kienu madwar 1-11.30 ta’ filgħodu meta Tony kien miexi fuq iċ-ċint li dak iż-żmien kien jifred it-triq mill-baħar, eżatt quddiem il-ħanut tax-xorb “Mermaid Cave Bar” (Ta’ Walter) ġewwa San Gorġ. Illum il-ġurnata dawn 1-inħawi nbidlu xi ftit, meta saret bankina wiesgħa u moll mal-baħar.  Waqt li kien miexi jħares lejn il-baħar huwa lemaħ xi ħaġa stramba fil-baħar. Għall-bidu ma setax jagħraf x’kienet dik il-ħaġa, biss meta ħares sewwa lejha mill-ewwel ħaseb li setgħet kienet xi ħaġa forma ta’ ras. Dan 1-oġġett kien qiegħed madwar 5 metri 1-barra mill-ħajt, ġo fond ta’ xi żewġ metri. Il-kurżità għelbitu u fil-pront qabeż il-baħar. Ma’ Tony dakinhar kien hemm ukoll ħuh Renald li flimkien niżlu f qiegħ il-baħar minn fejn tellgħu din ir-ras. Tony jirrakonta li hekk kif tellgħu ir-ras fuq 1-art, raġel li nzerta fil-qrib mar fuqhom u meta ra r-ras staqsa lil dawn iż-żewġ subien jekk ridux ibiegħu dak 1-oġġett u hu kien lest itihom nofs lira. It-tfal qalulu “le” għax xtaqu jżommuha huma. Malli waslu d-dar Tony mill-ewwel qabad inaddaf din ir-ras mill-ħmieġ li kellha, li kien inġema’ tul is-snin. Missier Tony meta raha qalilhom biex jieħdu ħsiebha “Għax kienet xi ħaġa antika u ta’ valur”. Fil-fatt huwa kien hadmilha kaxxa tal-ħġieġ biex jerfugħa fiha.  Imma d-destin ta’ din ir-ras kellu jkun morr ieħor.

Kienet għaddiet kważi sena minn din il-ġrajja meta hu Tony, Renald waqt li kien fil-klassi ta’ l-iskola, kienu qegħdin jitkellmu dwar 1-Istorja ta’ Malta u 1-importanza ta’ dak li ħallew ta’ qabilna.  Fil-pront dan Renald qal lill-għalliem li 1-għada kien ser iġibilhom ras tal-ġebel li flimkien ma’ ħuh kien sab fil-baħar is-sena ta’ qabel.  Hekk ġara u 1-għada huwa mar 1-iskola bir-ras tal-ġebel.  L-għalliem malli raha mill-ewwel ħa nteress fiha, tant li qal lit-tifel biex iżommha ftit għandu ħalli jkun jista’ juriha lil xi ħadd li jifhem.  Meta din ir-ras ġiet murija lil tal-Mużew ta’ 1-Arkeoloġija, dawn mill-ewwel raw il-valur li kellha din ir-ras.  Bi ftehim mal-familja Minuti dawn kienu ingħataw Lm20 bħala kumpens bil-patt li r-ras tinżamm fil-Mużew.  M’għandniex xi ngħidu, hekk kif ittieħdet fil-mużew, dawn mill-ewwel bdew bl-istudji tagħhom fuqha.  Meta kienu saru 1-istudji neċessarji, ċertu F.S. Mallia mill-Mużew tal-Arkeoloġija kien għadda kopja ta’ dak li ġie studjat fuq ir-ras lill-familja Minuti, liema studju ser inġibu għall-attenzjoni tal-qarrej, dejjem skond kif kitbu F.S. Mallia.

 

Id-deskrizzjoni u l-analiżi li saret fuq ir-ras

L-ewwel ma jsemmi F.S. Mallia dwar din ir-ras, huwa li din ġiet imtella’ mill-baħar minn fond ta’ żewġ metri waqt li kienet bejn wieħed u ieħor xi 5 metri ‘1 barra mill-ħajt li kien hemm fil-ġenb tat-triq.  Ir-ras hija mnaqqxa fil-franka kompatta, simili ħafna tal-franka Maltija. Id-daqs tagħha huwa ta’ ^5m mill-għoli u 9-5cm fil-wisa’. Skond hu din ir-ras tirrapreżenta żagħżugħ liebes kappa sempliċi li twassal sa nofs ll^moħħ. Ix-xagħar fuq wara huwa stil innokklat b’erba saffi li jibqa’ nieżel sa fuq l-ghonq. Il-widnejn, b’dik tal-lemin imkissra, huma t-tnejn mgħottija b’nokkli żgħar li jispiċċaw fuq pra tan-ngħas. Il-fatturi tal-wiċċ hekk kif tħares lejh jagħti dehra ta’ espressjoni ta’ wieħed qiegħed iseb. L-għajnejn huma ffokati ‘1 isfel. Dan 1-effett ġie milħuq billi x-xagħar ta’ xfar il-għajn u l-għajnejn infushom ġew miftuħa lura mill-ħuġbejn. L-imnieħer li bħall-widna tal-lemin huwa mkisser, biss juri li kien tip ta’ mnieħer ċatt. Dan joħroġ mid-dehra ta’ 1-għadma ta’ 1-imnieħer. Ħsara oħra li tidher fil-wiċċ huma 1-parti ta’ barra tax-xufftejn li huma mtajrin.

 

Ir-Ras ta’ liema perjodu?

Fi kliem 1-istess F.S. Mallia, kull attentat biex tassenja r-ras ma’ xi perjodu dokumentat lokalment jibda billi tqabbel fil-qosor żewġ improbbabiltajiet. L-ewwel, ta’ rappreżentazzjoni Preistorika Maltija ta’ ras umana minn angolu fil-qasir, jew it-tieni, tip ta’ wiċċ li jidher li waqa’ minn distanza qasira ta’ realiżmu, kif jidher minn dak li nstab f Birżebbuġa. Mallia jkompli jgħid li fi żminijiet Rumani, meta kull xebħ ta’ ħajja kien immirat, (u kważi dejjem akkwistat) wieħed ma jsib 1-ebda evidenza, 1-anqas dik lokali mat-tip ta’ kappa u stil ta’ xagħar li jidhru fuq din ir-ras. Huwa jkompli jgħid li mill-lat posittiv din ir-ras għandha xi ftit xebħ b’evidenza minn baħħara mill-Lvant tal-Mediterran u minn kolonji Fenici fiċ-ċentru tal-Mediterran. Dwar 1-istil ta’ xagħar b’dawk in-nokkli f xulxin, tista’ tixxiebaħ ma’ dik ir-ras oħra tal-ġebel, probabbli xbieha tar-Re Yarim-Lim (seklu 18 Q.K.) mit-tempju f Atchana fis-Sirja; li dak iż-żmien kien parti mit-territorju Canaanit. F’dan il-każ allura hija biss ispirazzjoni distinta li tista’ tqabbad. Meta kienu studjati aktar il-fattizzi tal-wiċċ, il-paraguni 1-iżjed aċċettabli huma provduti bis-sejba ta’ maskla maskili bid-daqna. Din kienet misjuba fin-niċċa ta’ Acroplis, ġewwa Monte Sirai fSardinja u attribwita għas-seklu Sitta jew il-bidu tal-Ħames Seklu Q.K. jew iżjed probabbli bil-minjaturi ta’ maskli maħduma fil-pasta tal-ħġieġ ikkulurit minn Kartagni tas-Sitta sar-Raba’ seklu Q.K. Minn analiżi li kompla jagħmel Mallia fuq din ir-ras huwa jgħid li mis-sempliċità estrema tal-kappa huwa diffiċli biex tipponta tqabbel materjal minn dak provdut barrani. L-iżjed eżempju ċar magħruf lil Mallia jiġi mill-eskavazzjoni mit-Tophet puniku ta’ Motya (mill-aħħar tas-Sitt seklu Q.K. ‘il quddiem) li tikkonsisti fras maskili żgħira tat-terrakotta, fejn tip ta’ kappa simili hija ndikata b’xaqq li jaqsam mill-parti t’isfel tal-ħuġbejn u 1-parti ta’ quddiem tan-ngħas. Aktar ‘il quddiem ix-xaqq jisparixxi, b’riżultat ta’ użu estensiv mill-ġnub u wara tar-ras. Mill-virtu ta’ stil naturali, ir-ras li ssuġġerixxi wkoll tip ta’ razzismu mħallat ftermini pjuttost qawwija. Dan it-tip, muri ftaħlita ta’ karattru Mediterranju u Mori (Suwed), possibilment jista’ jirriżulta minn taħlita ta’ żewġ razez mill-kosta tat-tramuntana ta’ 1-Afrika sa 1-istess proċess li pproduċa lil Hamites ta’ 1-Etjopja. Meta wasal biex jikkonkludi 1-kitba tiegħu Mallia, jghid li għaldaqstant jista’ jkun li r-ras misjuba f San Gorġ Birżebbuġa, tista’ tkun xbieha ta’ persuna mit-Tramuntana ta’ 1-Afrika, probabbli dixxindent Kartaġiniż, li jista’ jkun li kien jappartjeni lill-qalba awtentika ta’ dawk li.kienu jgħammru fil-Gżejjer Maltin.  Fl-aħħarnett Mallia jghid li dak li jagħmel uniku dan ix-xogħol ta’ 1-arti fl-istampa ta’ ċivilizazzjoni Fenica, jista’ jimplika li s~suġġett kien meqjum ħafna mill-Komunità soċjali jewpolitika tal-lokal.  Dan jista’ jkun għall-fatt, li dan ix-xogħol ġie magħmul fil-ġebla, punt fih innifsu ta’ importanza maġġura, u dan dejjem fid-dawl ta’ wiri limitat ta’ xbihat tal-perjodu provdut lill-istoriċi.

 

Għeluq

Fil-kitba tiegħi jiena xtaqt li nkun kemm nista’ fidil għal dak li kiteb F.S. Mallia dwar din ir-ras, u dan għar-raġuni li dan is-suġġett mhux il-linja tiegħi. Ma nistax nagħlaq u ma nirringrazzjax lil Tony Minuti li kien ta’ għajnuna kbira u li fuq kollox nebbaħni biex nikteb dan 1-artiklu. Jalla sejbiet bħal dawn insiru nafu dwarhom biex b’hekk inkomplu nsebbħu 1-paġni ta’ 1-istorja, li r-raħal ta’ Birżebbuġa hu mogħni biha.

 

Sorsi:

Dan l-artiklu nkiteb minn Arthur Grima f’isem l-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa A.D. 1993 u ġie ppublikat għall-ewwel darba fuq ‘Leħen il-Banda’ tal-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957, fil-ħarġa għas-sena 2004.

 

Referenzi tal-awtur:

  • Kitba ta’ F.S. Mallia.
  • Ħajr lil Tony Minuti
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Mater Dolorosa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni.wordpress.com/

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

%d bloggers like this: