Skip to content

San Ġorġ, Birżebbuġa

October 12, 2009

Meta wieħed jitkellem fuq il-qaddis San Ġorġ, mill-ewwel jiġih f’moħħu r-raħal ta’ Ħal-Qormi jew inkella r-Rabat Għawdex.  Mhux l-istess għalina l-Birżebbuġin, li kif nisimgħu isem dan il-qaddis, bilfors li ħsiebna jdur lejn dik il-kappella ferm antika li tinsab int u dieħel fir-raħal għażiż tagħna ta’ Birżebbuġa.  Din il-kappella, kif anke tistgħu taraw mill-banner ta’ dan is-sit, jingħad li ilha wieqfa sa minn qabel l-Assedju l-Kbir tal-1565.  Wisq probabbli meta t-Torok niżlu fil-bajja ta’ Marsaxlokk (Porto de Marsa Sirocco) ltaqgħu żgur mal-bini ta’ din il-kappella ddedikata appuntu lill-qaddis kbir Megalomartri San Ġorġ, u min jaf kemm kieku xtaqu jagħmlu ħerba minnha.

F’dan is-sit se nagħtu daqqa t’għajn lejn il-Bajja ta’ San Ġorġ u l-kappella ta’ San Ġorġ.  Se nagħtu tagħrif dwar il-qaddis stess li għalih hija ddedikata din il-kappella,kif ukoll se nagħtu xi tagħrif dwar l-ambjent storiku kollu li jeżisti f’dawn l-inħawi.  Wieħed jiskanta kemm f’arja daqshekk żgħira bħalma hija l-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa, wieħed isib daqshekk ammont kbir ta’ storja u rikkezzi li jkomplu jgħollu ‘l fuq l-isem sabiħ tar-raħal pittoresk tagħna ta’ Birżebbuġa.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Mater Dolorosa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni.wordpress.com/

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

%d bloggers like this: